Il-Prinċep
Ġiljanu kien ġuvni żagħżugħ. Kellu għajnejh żoroq, xagħru lewn id-deheb u kien
twil u mibni. Il-Prinċep Ġiljanu kien bniedem ferrieħi u kien iħobb jiddeverti.
Kien jieħu gost imur xi ballu jew jirkeb iż-żwiemel tiegħu fil-ġonna
tal-palazz. Huwa studja f’universita’ prestiġġuża f’pajjiż barrani fejn imorru
ż-żgħażagħ irjali tad-dinja kollha. B’hekk kellu ħafna u ħafna ħbieb minn kull
pajjiż tad-dinja. Fil-vaganzi iħobb isiefer u sħabu tal-universita’ spiss jistidnuh
iqatta’ xi jiem f’pajjiżhom.
Il-Prinċep kien
l-għaxqa t'ommu u missieru, ir-Re Saverju u r-Reġina Korina. Hu kien l-unika
tifel tagħhom u dejjem xtaqu l-aħjar għalih. Huma kellhom seba’ mitt sena biex
jarawh jiżżewweġ tfajla sabiħa. Kellhom biżgħa waħda: li Malinja jirnexxiela
tisbieħ u Ġiljanu jiżżewwiġha mingħajr ma jkun jaf min veru hi!