Fl-istorja naqraw hekk:
Il-Prinċep kien l-għaxqa ta' ommu u missieru, ir-Re Saverju u r-Reġina Korina. In-nies u l-affarijiet jistgħu ikunu rġiel jew nisa. L-irġiel ngħidulhom MASKIL u n-nisa ngħidulhom FEMMINIL. Ħafna kliem fil-MASKIL tista' tgħamilhom fil-FEMMINIL, billi żżid l-ittra 'a' fl-aħħar. Eżempju: ħabib - ħabiba, kelb - kelba, sinjur - sinjura kuġin - kuġina, qattus - qattusa, għalliem - għalliema saħħar - saħħara, għasfur - għasfura, superjur - superjura | |
Xi kliem fil-MASKIL jispiċċa bl-ittra 'u'. Dawn tista' tgħamilhom fil-FEMMINIL, billi tibdel l-ittra 'u' fl-ittra 'a'.
Eżempju:
ziju - zija, papru - papra, nannu - nanna Hemm ħafna kliem oħra li jinbidlu kompletament mill-MASKIL għall-FEMMINIL.
Eżempju:
hu - hi, huwa - hija, raġel - mara, missier - omm ħu - oħt, iben - bint, ġuvni - tfajla, tifel - tifla subien - bniet, neputi- neputija, re - reġina, prinċep - prinċipessa, gendus - baqra, għoġol - erħa muntun - nagħġa, bodbod - mogħża, serduk - tiġieġa ġeru - ġerwa, żiemel - debba, iljun - iljunessa |
2: Grammatika - Maskil u Femminil
Subscribe to:
Posts (Atom)