Malinja ġriet lejn l-għorfa tagħha. Tant kienet irrabjata li kif waslet garat ix-xirja l-ewwel art, ħatfet il-bakketta maġika
tagħha, rikbet fuq l-ixkupa maġika u taret lejn il-palazz. Baqgħet dieħla dritt fil-kamra tas-sodda
tal-Prinċep Ġiljanu.
Xħin il-prinċep raha, beda jirrabja u jkeċċieha 'l barra, imma Malinja baqgħet tinsisti li jiżżewwiġha. Meta baqa' jinsisti biex titlaq, qaltlu
li jekk ma kienx ser jiżżewweġ lilha, kienet se tibdlu fi żrinġ.
Il-Prinċep Ġiljanu m'aċċettax u baqa' jkeċċiha. Fl-aħħar Malinja bdiet ixxejjer
il-bakketta maġika u "Abra Katabra!" il-prinċep sar żrinġ.
Kemm qabżet u ferħet Malinja xħin ratu hekk - żrinġ żgħir bil-kuruna fuq rasu. Malinja qabdet
il-Prinċep Żrinġ u ħaditu magħha fil-bosk. Hi poġġitu fl-għadira ta' ħdejn l-għorfa tagħha.