Il-jum sabiħ
tat-tieġ tal-Prinċep Ġiljanu u l-Kontessa Alisja fl-aħħar wasal. Saru ħafna preparamenti. Il-palazz kien mimli fjuri u dekorazzjonijiet sbieħ. Is-sala l-kbira kienet mimlija ikel tajjeb u kejk daqshiex. Il-mistidnin ilkoll inġabru biex jifirħu mal-għarajjes. Kulħadd kien ferħan u kuntent minnbarra
waħda... is-saħħara Malinja!
Hija kienet għadha
qed tittama li ssib pozzjoni maġika biex iġġiegħel lill-prinċep jiżżewweġ
lilha u mhux lill-Kontessa Alisja. Ħawdet u gerfxet fil-borma bħas-soltu, mliet flixkun bit-taħlita, qabdet
l-ixkupa u taret għas-sala tat-tieġ.
Kulħadd beda
jwerżaq xħin raha. Is-suldati ġew imsejħa imma Malinja marret quddiem il-Prinċep Ġiljanu, fetħet il-flixkun bit-taħlita maġika u bdiet tkanta
din l-istrofa:
"Ferrex,
ferrex dil-maġija!
Fittex agħtini
is-sbuħija!
Agħmel li
l-Prinċep jiffansjani!
Ġiegħel lilu
jiggustani!"
Imma x'ġara?
Minnflok sbieħet, Malinja sparixxiet!
Erġa' kklikkja fuq l-istampa biex tara l-animazzjoni!
Għall-ewwel in-nies baqgħu mistagħġba iżda wara ftit kulħadd beda jċapċap u jifraħ għax issa
setgħu jgħixu kuntenti u ferħana għal dejjem.