Fl-istorja naqraw hekk:
Meta baqa' jinsisti biex titlaq, qaltlu li jekk ma kienx ser jiżżewweġ lilha, kienet se tibdlu fi żrinġ.
Il-Prinċep Ġiljanu m'aċċettax u baqa' jkeċċiha.
Meta xi ħaġa ma tkunx vera nużaw in-NEGATTIV.
Biex nagħmlu n-Negattiv irridu npoġġu l-kelma ma quddiem
il-verb u nwaħħlu l-ittra
x fuq wara tal-verb.
Eżempju:
telaq -> ma telaqx
sabu -> ma sabux
kilt -> ma kiltx
torqod -> ma torqodx
Mhux il-verbi
kolla jsegwu din ir-regola eżatt.
Verbi fit-tielet
persuna femminil ibiddlu l-aħħar vokali f'i.
Eżempju:
talbet -> ma talbitx
ferħet -> ma ferħitx
Verbi b'żewġ
vokali u li l-ewwel vokali tkun ie, din tinbidel f'i.
Eżempju:
kielu -> ma kilux
riedet -> ma riditx
nieħu -> ma niħux
bierek -> ma birikx
Verbi li
jispiċċaw bl-appostrofu, dan jaqa' meta żżidlu l-ittra x fuq wara.
Eżempju:
tefa' -> ma tefax
baqa' -> ma baqax
Verbi li jibdew
bl-għ jew b'vokali jieħdu m' flok il-kelma ma.
Eżempju:
għajtu -> m'għajtux
offrew -> m'offrewx