Fl-istorja naqraw hekk:
Xħin l-għarusa tal-prinċep, il-Kontessa Alisja, saret taf li l-prinċep kien sparixxa għal dejjem, tgħidx x'bikja bkiet u ħarbet tiġri għal ġol-bosk biex toqgħod waħidha.
Minn xi verbi
nistgħu noħorġu n-nomi.
Dawn ngħidulhom
NOMI VERBALI.
Eżempji ta' Nomi
Verbali:
rebaħ rebħa, rebħ
ħareġ ħarġa, ħruġ
sema' smigħ
ħolom ħolma, ħolm
silef selfa,
self
daħal daħla, dħul
ħiet ħjata,
ħajjat
lewa liwja
fetaħ fetħa, ftuħ
qara qari, qarrej
ġie miġja
għabba tagħbija
kixef kixfa
raqad raqda, rqad
biegħ bejgħ,
bejjiegħ
sab sejba
ġera ġirja, ġiri
dawwar dawra
lagħab logħba, logħob
dar dawra
xorob xarba, xorb
ħasel ħasla, ħasil
fetaħ fetħa, ftuħ
mexa mixja, mixi
beka bikja, biki,
bekkej
iġġieled ġlieda, ġlied,
ġellied
tafa' tfiegħ
kiel ikla, ikel
gidem gidma, gdim
kiteb kitba,
ktieb, kittieb
ħabat ħabta, ħbit
bena binja, bini,
bennej
libes libsa,
ilbies