Darba waħda kien hemm saħħara xiħa għakka. Din kien jisimha Malinja.
Magħha kien jgħix Nigru, qattus iswed tuta.
Kienet toqgħod ġo għorfa ċkejkna f'bosk kbir.
Dawn il-kliem kollha qegħdin jiddeskrivu kif inhuma
s-saħħara, l-għorfa, l-bosk u l-qattus.
Il-kliem li jiddiskrivu in-nies, l-annimali, il-postijiet u
l-affarijiet ngħidulhom AĠĠETTIVI.
Barra l-aġġettivi komuni, hemm ukoll l-AĠĠETTIVI ASSOLUTI.
Lista ta' Aġġettivi Assoluti:
abjad ħalib
abjad lift
abjad silġ
aħdar ħaxix
aħmar demm
aħmar nar
aħmar pepprin
artab ħaxu
dejjaq but
dlam ċappa
dritt ċomb
dritt xemgħa
ġdid fjamant
għajjien mejjet
għali nfern
għarqan xraba
għarwien ħuta
għarwien laħam
ħafif rixa
ħelu manna
ħelu zokkor
iblah karnival
iebes ġebel
iebes għuda
ifuħ xummiema
ikħal nir
ikrah dagħwa
ikrah dlam
ikrah mewt
ikrah saħta
isfar deheb
isfar lellux
isfar mewt
iswed borma
iswed dlam
iswed faħam
iswed tuta
jaħraq nar
jinten pesti
kiesaħ silġ
maħmuġ jinten
maħmuġ pesti
marid mejjet
miftuħ beraħ
miftuħ ktieb
mgħawweġ ganċ
morr tosku
morr velenu
mxarrab għasra
nadif tazza
nadif xummiema
niexef għuda
niexef qasba
niexef qoxqox
oħxon kartell
oħxon katuba
qares ħall
qares lumija
rqiq lewlu
rqiq sifja
sħun banju
tari baqta
tqil ċomb
xieref għuda
xiħ għakka